“Il-Kap tal-Oppożizzjoni ordna lill-kumpaniji tiegħu biex ikunu jistgħu jgħaddu d-donazzjonijiet illegali bi ksur ta’ liġi tal-finanzjament tal-partiti. Issa nifhmu aktar għaliex dawn l-invoices ma jridx joħroġhom.”
Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt intervent telefoniku fuq ONE RADIO, fejn sostna li iktar ma jmur qed tkompli toħroġ il-falżità ta’ Simon Busuttil.
L-invoices li ħarġu lill-kumpanija Sky Gourmet huma “konferma li din hija invoice falza ta’ sistema llegali” allura r-responsabbiltà hi tal-Kap tal-Oppożizzjoni li ilu erba’ snin, kull ġimgħa jitkellem dwar it-trasparenza.
Muscat innota li filwaqt dan il-gvern ippublika l-kuntratti kollha, Simon Busuttil ma ridx jippublika invoice waħda u dan għax huma prova ta’ sistema illegali li l-moħħ warajha kien Busuttil innifsi.
Il-Prim Ministru qal li l-pajjiż għandu oppożizzjoni mfarrka u min mhux kapaċi jżomm partit magħqud mhux kapaċi jżomm pajjiż magħqud.