F’kumment wara li għaddiet liġi storika, il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat qal li din id-deċiżjoni se tħalli effett fuq il-mentalità tas-soċjetà tagħna għaż-żmien illi ġej.
“Qed nirrikonoxxu stat ta’ fatt. Diġà konna għamilna bidla kbira tliet snin ilu bid-dħul tal-unjoni ċivili iżda issa din id-darba mhux qed nitkellmu bis dwar unjoni ċivili, issa qed nitkellmu dwar ugwaljanza sħiħa,” qal dan il-Prim Ministru
Il-Prim Ministru qal li din se tkun qed tħalli effett kbir fuq uliedna, fejn issa l-fatt li nistgħu ngħidu bi kburija lill-uliedna li tħobb lil min tħobb int mhux se tkun qed tiġi ddiskriminat f’dan il-pajjiż. Muscat qal din hija mbuttatura kbira għall-kunċett tal-ugwaljanza lil’hinn mill-kwistjoniejit LGBTIQ, imma dwar l-ugwaljanza fadal ħafna x’nagħmlu bħala pajjiż fuq dak li għandu x’jaqsam dwar ugwaljanza bejn nisa u rġiel f’setturi differenti tas-soċjetà li għadhom jinżammu pass lura.
Muscat qal li dan huwa jum sabiħ għal pajjiżna.