Donnu m’hemmx limitu għal imħatri fl-isport. Hekk kif diversi timijiet Maltin bdew il-logħob ta’ ħbiberija, kumpaniji tal-imħatri internazzjonali qed joffru l-possibbiltà li wieħed jilgħab fuq dan il-logħob b’dilettanti tal-logħba tal-ballun jgħidu li logħba ta’ ħbiberija jaf toffri iktar tentazzjoni biex tkun imbagħbsa anke għax ikun hemm inqas skrutinju.
Meta tkellem mat-Times of Malta, l-Integrity Officer tal-MFA, Franz Tabone qal li ftit hemm x’wieħed jista’ jagħmel anke jekk huwa irrazzjonali li wieħed jilgħab fuq logħob ta’ ħbiberija.
Peró l-kumpaniji tal-imħatri ma jagħmlux differenza bejn il-logħob sakemm għandhom iċ-ċans jagħmlu l-flus.