Għaddiet ġimgħa minn meta l-kantant Liam Payne, li ħa l-fama meta kien fil-grupp mużikali One Direction, u t-tfajla tiegħu Cheryl Cole, kantanta famuża li hi magħrufa ukoll bħala waħda mill-membri tal-ġurija waqt ix-xow X-Factor, ħabbru li għad kif kellhom l-ewwel iben flimkien. Issa qed jingħad li l-koppja famuża qed jippjanaw li jagħmlu tieġ żgħir.
Liam u Cheryl għadhom ma ħabbrux l-isem ta’ binhom, dan hekk kif sal-ġimgħa l-oħra, meta hu twieled, kienu għadhom ma ddeċidewx fuq isem. Il-koppja fl-aħħar jiem tkellmet kif huma mhux se jkunu qed jużaw lil binhom biex jaqalgħu l-flus minn fuqu u għalekk talbu lil kulħadd biex jirrispettaw il-ħajja privata tagħhom.
S’issa l-pjan għal tieġ m’hu xejn ħlief spekulazzjoni mill-midja barranija u kif ukoll mis-segwaċi tagħom. Kelliem qrib il-koppja qal “Cheryl ma tixtieqx li jkollha tieġ kbir b’ħafna nies. Tippreferi wieħed żgħir bejn il-familja u erbat iħbieb tal-qalb, fejn għalih tingħaqad magħhom it-tarbija.”
Dan kieku jkun it-tieled żwieġ għal Cheryl, hekk kif hi diġà iżżewġet darbtejn qabel iżda Liam għadu ġuvni u għalekk dan ikun l-ewwel żwieġ tiegħu.