Air Canada talbet skuża lil familja wara li ċaħdu post lil tifel ta’ għaxar snin, li kellu jivjaġġa ma’ familtu.
Il-missier tal-famlja, Brett Doyle, ibbukkja erba’ biljetti għal familtu minn Charlottetown għal Costa Rica, f’Awwissu li għadda. Meta wasal żmien il-vaganza, qal li pprova jagħmel check in online, imma ma setax isib is-siġġu ta’ ibnu. Wara sigħat fuq il-linja ma Air Canada, omm it-tifel saqet sal-ajruport fej qalulha li għamlu bejgħ żejjed ta’ postijiet fuq it-titjijra u kellhom iħallu lit-tifel barra.
Il-familja saqet sa post ieħor u bbukjat titjijra differenti tal-Air Canada, iżda din it-titjirja ġiet ikkanċellata u spiċċaw isuqu sa’ belt oħra fil-qrib u jqattgħu l-lejl f’lukanda. Air Canada talbet apoloġija u qalet li offrew kumpens tajjeb, jiġifieri voucher ta’ $2,500 li jissarraf fi żmien sena.
L-avventura tal-familja tkompli tagħmel emfasi fuq il-prattiċi li jaddottaw linji tal-ajru, ċioe li jbiegħu aktar postijiet milli jiflaħ l-ajruplan. Infatti f’dan il-każ, inbiegħu 34 biljett mikejja li kien hemm 28 post.