Il-Prim Minsitru qalha kemm il-darba. L-unika fattur komuni fost partitarji Nazzjonalisti huwa l-odju lejn Joseph Muscat. Dan l-odju issa laħaq livell bla preċedent.
Il-kandidat stilla Salvu Mallia qal li Joseph Muscat huwa kampjun ta’ kriminali qattiel.
Jekk dan mhux biżżejjed, il-kandidat professur Kevin Cassar kiteb ittra lil Tony Blair, eks Prim Ministru Ingliż li lbieraħ faħħar lil Joseph Muscat. Qallu li billi faħħar lil Muscat, issa jinsab f’dinja ta’ ħażed.
Qallu wkoll li Joseph Muscat ifisser ħsara għall-pajjiż.
Tant hu kburi b’dak li kiteb, li poġġa l-ittra fuq Facebook. Biex kulħadd ikun jista’ jifhem il-politika ta’ odju li qed ixerred iż-żerriegħa tagħha Simon Busuttil.