Saru emendi fir-regolamenti tal-kaċċa u t-teħid bix-xibka tal-fenek selvaġġ.
Dan wara diversi laqgħat bejn kaċċaturi u nassaba tal-fenek selvaġġ, rapprezentati mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) u l-Ministeru tal-Ambjent.
Bis-saħħa ta’ parti minn dan l-avviż, sar permessibli li waqt l-istaġun magħluq tal-kaċċa u t-teħid bix-xibka tal-fenek selvaġġ, isir taħriġ tal-kelb jew tan-nemes, sakemm ikun mingħajr l-użu ta’ xibka, arma tan-nar, ‘air-rifle’ jew kwalunkwe munizzjon.
Dan se jkun permessibbli mingħajr l-intenzjoni li jaqbdu jew joqtlu fniek slavaġġ. Matul dan it-taħriġ, kull kelb għandu jkun fuq iċ-ċinga fil-ħinijiet kollha u kull nemes għandu ikollhom sarima fuqu f’kull ħin.