B’investiment mill-Gvern ta’ mija u ħamsin elf ewro, il-klabb tar-regatta ta’ Birżebbuġa qed igawdi minn post adekwat li jiffaċilità l-bżonnijiet sportivi. Xogħol li sar mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura fuq bini li fil-passat kien imħażen tal-ħut wassal biex illum qed iservi bħala l-kwartieri tal-klabb. Faċċata tal-bini nbniet slip way b’investiment addizjonali ta’ ħamsin elf ewro.
Il-president tal-klabb, Ian Farrugia, tkellem ma’ ONE news u qal hekk fil-passat kienu jagħmlu t-taħriġ tagħhom f’Birżebbuġa, iżda issa jistgħu jibdew jitħarrġu bħal kwalunkwe klabb ieħor tar-regatta.
“Faċċata tal-port huwa importanti għax inti meta ħa tmur għat-tiġrija ħa tmur se issir it-tiġrija. Konna nitrenjaw Birżebbuġa, ninżlu l-aħħar ġurnata, tinżel biex taqdef u ssib il-kurrenti differenti. kien ta’ żvantaġġ kbir għalina”
Il-klabb ta’ Birżebbuġa kien ilu għal snin twal jitlob għall-post adekwat biex ikunu jista’ irawwem u jħarreġ lil qaddiefa filwaqt li jaħżen l-opri tal-baħar.
Russell Bugeja, qaddief żgħażugħ minn Birżebbuġa, qal li issa l-klabb għandu kollox.
“Il-fatt li għandna maħżen se tkun ta’ għajnuna kbira għar-regatta li ġejja, aħjar minn kif konna żgura għax la toilet, la showers xejn ma kelna. issa għandna kollox, anke slip filfatt”
Il-Ministru għall-infrastruttura, Ian Borg, qal li għal darboħra l-gvern qed jgħin għaqda sportiva oħra.
“Hawnhekk bażikament kellek l-għoti tal-post u imbgħad il-ħtiġijiet kollha li kien hawn sabiex mhux biss ikun konservat imma anke fuq kollox ikun addatat għal dak li għandhom bżonn il-qaddiefa u l-klabb tar-regatta ta’ Birżebbuġa, illi issa għandhom ukoll il-faċilitajiet fil-post il-kbir bħal clubs l-oħrajn”