‘Don’t Waste Waste’. Mobile app li ġiet imnedija bħala parti mill-kampanja tal-immaniġġjar tal-iskart.
Il-kampanja edukattiva u din il-mobile app se jkunu qed ikomplu jgħinu biex jitwassal il-messaġġ dwar l-immaniġġjar tal-iskart u titqajjem kuxjenza biex innaqsu l-iskart u biex dan jiġi rriċiklat.
Kienu l-istudenti tal-MCAST li ħadmu fuq l-ittestjar ta’ din l-app li se tgħin biex il-pubbliku jkollu l-informazzjoni f idejh il-ħin kollu.