Greet your child with a smile, not with a mobile.
Din hija tabbella li twaħħlet fi skola primarja f’Middlesbrough, l-Ingilterra. Il-kap tal-iskola, Liz King, spjegat li tħoss il-ħtieġa tfakkar lill-ġenituri jikkomunikaw mal-ulied, f’era fejn ħafna ġenituri jqattgħu ħafna mill-ħin dinsponibbli mal-ulied fuq il-mobile jew fuq il-laptop.
Riċerka magħmula mis-software producer Dscout tindika li persuna medja tagħmel kuntatt fiżiku (swiping, tapping jew inkella tagħfas l-iskrijn) ma’ smarphone medja ta’ 2,617 darba kull jum. Jiġifieri miljun darba fis-sena. Sagħtejn u 42 minuta kull jum.
Hemm ukoll 10% tal-popolazzjoni Ingliża li tmiss il-mobile 5,427 darba kull jum.
Riċerkaturi sabu rabta bejn ir-relazzjoni tal-ġenituri ma’ smartphones u r-relazzjoni li jrabbu wliedhom lejn l-istess għodda. L-użu eċċessiv iwassal għal problemi bħal nuqqas ta’ rqad, żieda fil-piż u problemi fl-iżvilupp.
Ditta popolari taż-żraben għamlet sondaġġ iffilmjat fost tfal tal-iskola dwar kif iħossuhom bil-ġenituri tagħhomm u l-użu tat-teknoloġija.