Il-Pentagon qalet li 34 truppi Amerikani qed isofru minn korrimenti trawmatiċi fil-moħħ wara attakk mill-Iran fuq il-bażi Amerikan fl-Iraq, b’nofshom għadhom taħt osservazzjoni medika.
Il-President Amerikan Donald Trump kien qal li l-ebda Amerikan ma weġġa’ fl-attakk mill-ajru li sar nhar it-8 ta’ Jannar li għadda. Iżda matul il-ġimgħa li għaddiet, il-Pentagon qal li 11-il membru tas-servizz ġew trattati għal sintomi ta’ concussion mill-attakk.
Meta mistoqsi dwar dan, il-President Amerikan qal li kien sema’ li xi truppi ħassew uġigħ ta’ ras u uġigħ ieħor, imma ma kienux affarijiet serji. Huwa qal li m’humiex korrimenti serji meta mqabbla ma korrimenti oħra.