Raġel ta’ 58 sena mill-Belt qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq sellum fi Triq ir-Repubblika fil-Belt.
L-inċident seħħ it-Tnejn fid-disgħa ta’ filgħaxija meta r-raġel waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed ineħħi pavaljun fl-imsemmija triq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.