Raġel ta’ 36 sena mill-Imtarfa qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq, tat-tip Seat Ibiza, u ħabat ġo siġra. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45 ta’ filgħodu fil-limiti tal-Għajn il-Kbira, Siġġiewi.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li permezz t’ambulanza, rraġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Għal xi ħin it-triq kienet tinsab magħluqa għat-traffiku.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.