Raġel ta’ 62 sena minn Ħaż-Żebbuġ, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi. L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tas-6:15 ta’ filgħaxija.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi meta waqa’ minn fuq sellum.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għadejjin.