Tfajla ta’ 20 sena minn Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li sfat milquta minn vettura tal-għamla Chrysler, li kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas- 12:45 ta’ waranofsinhar fi Triq Dun Karm Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar
Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi
gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.