Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn mutur fi vjal l-Indipendenza, l-Mosta.
L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-6:50 ta’ filgħaxija meta raġel ta’ 40 sena residenti l-Mosta safa’ milqut minn mutur ta’ tip Piaggio Vespa misjuq minn mara ta’ 28 sena residenti Birkirkara.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.