Mara ta’ 36 sena minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ħabtet bil-karozza tat-tip Peugeot li kienet qiegħda ssuq ma’ karru li wieqaf fil-ġenb tat-triq. Kawża ta’ dan il-karozza inqalbet. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-5:40 ta’ filgħodu fi Triq id-Dejma Ħal Tarxien.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lil mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn iktar tard ġiet ċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.