Raġel ta’ 37 sena mill-Fgura qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imrieħel.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:10 tas-Sibt filgħaxija fi Triq il-Kummerċ.
Il-Pulizija marret fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet urew li r-raġel, li kien qed isuq karozza tal-għamla Toyota, għal xi raġuni ħabat ġo roundabout.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.