Taljan ta’ 30 li joqgħod Marsaskala qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Kymco li kien qiegħed isuq ħabat ma’ vettura tal-għamla Mitsubishi Shogan li kien qiegħed jinstaq minn raġel ta’ 55 sena mill-Gudja.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-7:40 ta’ filgħaxija fi Triq Dawret il-Gudja.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.