Raġel ta’ 39 sena residenti s-Siġġiewi isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku, ilbieraħ għall-ħabta tal-16:00 fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Keeway ħabat ma’ karozza tat-tip Seat Ibiza li kienet misjuqa minn mara ta’ 69 sena residenti Ħ’Attard.
Ir-raġel ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi filwaqt li l-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.