Raġel ta’ 57 mill-Iklin sofra ġrieħi gravi wara l-mutur li kien qed isuq ħabat ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 82 sena minn Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart fi Triq Mannarinu f’Birkirkara.
Is-sewwieq tal-mutur ttieħed l-isptar għall-kura permezz t’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.