Raġel sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’kamra fil-Gżira.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa u għaxra fi Triq il-Gambli, l-Armier, limiti tal-Mellieħa.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 63 sena residenti l-Gżira waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq saqaf ta’ kamra. Il-vittma waqa madwar sular.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Mifsud LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.