Raġel ta’ 45 sena minn Pembroke qed isofri minn ġrieħi gravi wara għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Kymco u kawża t’hekk waqa’. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 fi Triq Sir Adrian Dingli, Pembroke.
Is-sewwieq ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.