Raġel ta’ 50 sena, residenti San Ġwann, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li seħħ inċident f’sit ta’
kostruzzjoni, f’Ħal Lija.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:20 p.m. fi Triq Enejja f’Ħal Lija wara li waqgħu bih xi xorok waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-imsemmija sit ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.