Ingliż ta’ tmienja u ħamsin sena ġie aggredit għall-ħabta tal-kwarta ta’ waranofsinhar fi Triq ix-Xatt ta’ Bormla.
Allegatament il-vittma kien aggredit minn raġel li niżel minn vettura u wara reġa’ tela’ fil-vettura u ħarab minn fuq il-post.
Immedjatament issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-aggressur waqt li għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.