Raġel minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Għawdex.
Qal dan il-Korp tal-Pulizija fi stqarrija hekk kif spjega li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex.
Fil-fatt, malli l-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post irriżulta li r-raġel ta’ 36 sena u li kien qiegħed isuq quadbike Kymco, tilef il-kontroll u ħabat ġo vann tat-tip Isuzu li kien ipparkjat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, sabiex ir-raġel jingħata l-assistenza medika. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.