Sirjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ fil-Bajja ta’ San Tumas f’Marsaskala.
Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li fit-tmienja u nofs tal-Ħadd filgħaxija, ir-raġel żelaq u waqa fuq il-blat fiż-żona magħrufa bħala tal-Fajtata.
Sakemm waslet ambulanza, membri mis-Soċjeta tas-Salib l-Aħmar assistew lill-vittma.
Ir-raġel aktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.