Somalu ta’ 31 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ billejl fi Triq Xatt il-Gżira, il-Gżira f’ħabta bejn karozza tat-tip Kia Picanto misjuqa minn Somalu ta’ 31 sena u karozza tal-għamla Land Rover misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti San Ġwann.
Ambulanza fuq il-post ħadet lis-Somalu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.