Raġel sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ dal-lejl, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 46 sena, residenti l-Għargħur kien sofra xi ġrieħi meta allegatament kien involut f’argument ġewwa l-komun ta’ blokka appartamenti.
Fl-argument kienu allegatament involuti ukoll Ingliż ta’ 50 sena, residenti San Pawl il-Baħar u ġuvni ta’ 19-il sena, residenti l-Għargħur.
Ir-raġel ta’ 46 sena, ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-Ingliż ittieħed għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li minn fuq il-post ġie elevat turnavit.