Raġel sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument fi stabbiliment f’San Ġiljan kmieni dalgħodu.
L-inċident seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tat-03:30 fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Libjan ta’ 28 sena, residenti San Ġwann, li jaħdem fl-istess stabbiliment,safa’ ferut wara li allegatament kien aggredit minn Franċiżta’ 24 sena.
Ir-raġel ta’ 28 sena ngħata l-kura ġewwa ċ–Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Filwaqt li l-allegat aggressur għadu qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal iktar stħarriġ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.