Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija raġel ferut daħal ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana.
Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei peress li kien sofra feriti permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.
Ir-raġel, Sirjan ta’ 20 sena, huwa residenti Ħal Qormi u allegatament kellu argument ma’ raġel ieħor li wkoll huwa barrani u qala’ daqqa ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.
L-argument seħħ ġewwa ġnien fi Vjal ir-Re Dwardu VII, il-Floriana.