Raġel ta’ 46 sena residenti San Ġwann qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Renault Megane u b’konsegwenza t’hekk seħħ impatt ma’ ħajt fl-istess triq.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq tas-Sejba, fl-Imqabba.
Membri mill-Protezzjoni Ċivili assistew sabiex ir-raġel inħareġ mill-vettura u fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.