Raġel ta’ 31 sena mill-Fgura sofra ġrieħi gravi f’inċident bejn karozza u mutur f’Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:10 ta’ waranofsinhar fi Triq Kristu Re u minn stħarriġ preliminari jidher li l-karozza tat-tip Peugeot li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 21 sena minn Raħal Ġdid ħabtet ma’ mutur tal-vittma tat-tip Yamaha.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin mill-pulizija tad-distrett.