Tifel ta’ sena u 11-il xahar qed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ filgħaxija ntlaqat minn karozza tat-tip BMW, misjuqa minn missieru ta’ 25 sena li kien qed jirriversja.
It-tifel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.