Somalu ta’ 22 sena residenti Birżebbuġa qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument f’San Ġiljan il-lejl li għadda.
L-argument seħħ għall-ħabta tas-01:30 kmieni dalgħodu bejn żewġt irġiel barranin, bil-vittma jsofri ġrieħi f’rasu.
L-allegat aggressur qed jinżamm arrestat mil-Pulizija, filwaqt li l-investigazzjonijet għadhom għaddejjin.