Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, Michael Grech, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-Gvern Malti qiegħed fil-viċin li jiffinalizza ftehim mal-Università ta’ Harvard biex isservi ta’ konsulent għall-maniġment tal-isptar il-ġdid f’Għawdex bil-għan li jilħaq l-aħjar standard possibbli.
Michael Grech saħaq li s-sehem ta’ università bħal din f’Għawdex ikun importanti ħafna. “Iżjed ma nġibu ismijiet rinomati lejn din il-griża, iżjed inkunu nistgħu ntuha timbru ta’ kwalità,” temm jgħid Grech.
https://youtu.be/M__7JolA6lE