Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena li joqgħod San Ġiljan u li tilef ħajtu traġikament fis-sigħat bikrin tal-jum tas-Sibt f’inċident tat-traffiku ġie identifikat bħala Ismael Grima.
Kmieni filgħodu bosta qamu maħsuda għall-aħbar u esprimew id-dieqa li qegħdin iħossu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-fatt diversi persuni ippubblikaw ritratti u sellmu l-memorja tiegħu.
Huma ddeskrivewh bħala żagħżugħ tal-ġenn u b’qalb tad-deheb.
Fil-karozza ma’ Grima kien hemm tfajla ta’ 19-il sena li tinsab rikoverata l-isptar Mater Dei bi ġrieħi serji.
ARA WKOLL: