“Żammejt biex ma nibkix” u l-“Qalb tal-Malti hi kbira”
Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-President George Vella, ftit minuti wara li uffiċjalment ġie maħtur bħala l-10 President tar-Repubblika ta’ Malta.
Il-President Vella rringrazzja lill-Poplu Malti u Għawdxi kollu li ddeskrivihom ta’ qalb kbira.
Il-Ġurnata tal-ħatra ntemmet b’żewġ żjajjar ta’ kortesija mill-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura Muscat kif ukoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton.