Is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Medika, il-MAM Martin Balzan, qal li mill-informazzjoni pubblika, il-fatt li kien hemm min ħa l-vaċċin tal-AstraZeneca u li qabditu t-trombożi, aktarx hija kumbinazzjoni.
Dr Balzan qal l-kundizzjoni tat-trombożi hija komuni u sa issa ma jidhirx li hemm rabta bejn din il-kundizzjoni u tlaqqim bil-vaċċin tal-AstraZeneca.