Stephanie Galea, jew hekk kif kienet magħrufa f’dawn l-aħħar jiem bħala Mrs Żurrieq, rebħet it-titlu prestiġjuż ta’ Mrs Malta 2019 is-Sibt filgħaxija.
Stephanie hija omm ta’ żewġt itfal, fejn ma’ One.com.mt saħqet li tħossha ferm onorata li rebħet dan it-titlu.
Qaltilna li hi għandha karriera ferm twila fil-qasam tal-moda, għax ġa kienet telgħet tikkompeti barra minn Malta fil-passat. Żiedet tgħid li hi ser tagħmel minn kollox sabiex flimkien mal-Kumpanija Gaffiero Productions tgħin lil dawk in-nisa f’Dar Merħba Bik.
Fit-tieni post f’dan il-konkors ġiet Shalaine Puluccino mill-Imrieħel u fit-tielet post Stephanie Vella minn San Pawl il-Baħar. Fil-konkors ħadu sehem 15 -il kontestanta.