“Nirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tal-fiduċja li fijja personalment iżda wkol ldawk kollha li wrew fiduċja fil-kandidati sħabi biex flimkien ġibna mhux biss l-akbar rebħa storika. Xi ħaġa li turi kemm in-nies verament iridu l-għaqda u mhux il-firda u mhux ħafna tidwir u nuqqas ta’ viżjoni iżda nirringrazzjahom ukoll għall-fatt li eleġġejna erba’ rappreżentanti fil-Parlament Ewropew.”
Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-MEP Josianne Cutajar, wara li ġiet eletta b’15,603 vot. L-MEP Cutajar kienet l-iżgħar kandidata u l-ewwel MEP Għawdxija eletta fl-istorja tal-pajjiż.
Cutajar spjegat kif ilbieraħ ir-riżultat wera biċ-ċar kemm il-poplu jixtieq li jkollu rappreżentanti li għandhom qalbhom mal-poplu Malti u Għawdxi.
Isma’ hawn taħt ir-reazzjoni kollha tal-MEP Josianne Cutajar.