Id-Dekan tal-Fakultá għall-Benessere tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi qabel mal-pubblikazzjoni tal-filmat li wera Libjan ta’ 26 sena, jissielet għal ħajtu jitqabad għall-ħajtu ma’ ħabel bejn ħajja u mewt qabel ma waqa’ seba’ sulari.
Mistoqsi minn one.com.mt dwar il-pubblikazzjoni tal-filmat li ġabet reazzjoni negattiva minn bosta, inkluż mezzi tax-xandir li qalu li ma kinux qed jippubblikaw il-filmat b’rispett lejn il-qraba, il-Professur Azzopardi qal li r-rispett kellu jiġi minn dawk li suppost kellhom jipprevjenu dan l-inċident milli jseħħ.
“Jien għalija kellu jintwera dan il-filmat għal diversi raġunijiet. l-ewwel ħaġa għaliex ir-rispett mhux lejn il-mejtin iżda lejn il-ħajjin il-verita hija li dak il-bniedem ma missux miet in the first place”, qal il-Professur Azzopardi.
Fi kliem il-Prof. Azzopardi l-akbar oxxenità f’dan kollu hija li għal darba oħra persuna, missier ta’ familja ta’ tifla ċkejkna tilfet ħajjitha f’inċident li seta’ ma seħħx li kieku ttieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni.
“Din hija oxxenità u allura dan il-ħafna pulitiżmu illi ma rridux nuru filmat iżda bir-rispett lejn il-familjari, ir-rispett għandu jkun biex nevitaw li dak ir-raġel ma jaqax”.
Il-Professur Azzoppardi ddikjara bl-aktar mod skjett li huwa ma qabilx ma’ dawk l-aġenziji tal-aħbarijiet li ma wrewx il-filmat hekk kif din hija sitwazzjoni traġika li setgħet faċilment tiġi evitata u dan il-missier tilef ħajtu waqt li mar jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum.
“Jien ma naqbilx ma dawk l-aġenzija tal-aħbarijiet illi qed jgħidu li mhux qed juruh għax ħarqithom qalbhom imma l-verita hi another situation traġika li dan il-bniedem ma missux miet biex imur jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum. Allura li jintwera l-filmat u jixxokja lin-nies forsi xi darba dawn l-awtoritajiet u l-aġenziji responsabbli u l-construction companies ikunu jiehdu responsabbilta li qed jiġri fuq dawn is-siti”.