Kontra dak li qed jesperjenza kull Malti u Għawdxi meta jirċievi l-kontijiet, fil-Parlament Edwin Vassallo wasal jgħid li l-Gvern mhux vera raħħas it-tariffi tad-dawl u l-ilma.
Ix-shadow Minister Nazzjonalista qal li l-kuntratti li ppublika l-Gvern huma biss “barcodes” u saħansitra sejħilhom l-omm ta’ kull ħażen.
Wara li kienu ppubblikati l-kuntratti kollha b’rabta mal-impjant tal-gass f’Dellimara, magħruf bħala Dellimara 4, il-Gvern ippubblika l-kuntratti b’rabta ma’ Delimara 3, ċioe l-parti tal-power station magħrufa bħala tal-BWSC.