Il-rieda tal-Partit Nazzjonalista li jagħmel ħsara lil pajjiżna mhix limitata sat-territorju Malti.
Roberta Metsola, membru Ewro-Parlamentari, marret quddiem id-direttur tal-EUROPOL fil-Parlament Ewropew, tgħid li qed titikellem f’isem il-poplu.
Qalet li l-Maltin u Għawdxin kollha raw lil tnejn minn nies ħirġin bil-bagalji live fuq it-televiżjoni. U bl-argument ta’ dawn iż-żewġ bagalji, insistiet li Malta għandha kriżi quddiemha. Jekk dan mhux biżżejjed, is-suġġett tal-ġurnata kien il-kriminalità organizzata, u Metsola donnha ċanfret lill-EUROPOL talli mhux qed tieħu s-suġġett b’serjetà biżżejjed.
Waqt li Metsola bdiet tħeġġeġ l-investigazzjoni ta’ pajjiżha stess, il-membri li bdiet tkellem deheru jitkellmu fil-widnejn.
Forsi lanqas huma ma setgħu jifmhu kif Membru Ewro Parlamentari ġiet quddiemhom titkellem fuq bagalji u kontra pajjiżha.