Il-mod kif fil-Parlament Ewropew il-Partit Nazzjonalista ġab l-interessi tiegħu qabel dawk tal-pajjiż kien ikkundannat mid-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew.
Il-Kap tad-Delegazzjoni, Alfred Sant, fisser kif fl-ebda mument ma’ kien hemm dubju dwar l-integrita ta’ Leo Brincat. Minn naħa tagħha l-Ewro Parlamentari Miriam Dalli sotniet li l-atteġjament tal-Partit Nazzjonalista qiegħed jikxef il-maskla ta’ Simon Busuttil u l-kilba tiegħu għall-poter.
Marlene Mizzi stqarret li hi ma kienet lesta qatt li tivvota kontra persuna Maltija fuq fora internazzjonali, ikun xi ikun it-twemin politiku tiegħu. Il-Partit Laburista fakkar ukoll kif meta kien fl-Oppożizzjoni mexa differenti ħafna u dejjem żamm l-interess nazzjonali prijorita.
Dan minkejja li fuq Louis Galea kien tqassam dossier dwar il-każ tal-awżiljari u każijiet oħra, fuq John Dalli kienu saru diversi akkużi u fuq Tonio Borg li kien għamel dikjrazzjonijiet kontra persuni omosesswali.
https://www.youtube.com/watch?v=mj4YMPj4vmE