Jan Saliba, li rebaħ l-unur ta’ l-aqwa rekluta fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, stqarr f’kumment ma’ One News li l-ħajra sabiex ikun parti mill-Korp tal-Pulizija nibdet fih sa minn mindu kien għadu tifel żgħir.
Huwa qal li kienu d-dixxiplina u l-pożizzjoni tal-pulizija sabiex jgħinu liċ-ċittadini u lit-turisti li komplew iħajruh sabiex aktar minn 4 xhur ilu applika biex jibda r-reklutaġġ u eventwalment issa jifforma parti mill-korp.
Huwa temm billi qal li l-pulizija qegħdin hemm biex iservu l-Poplu Malti u l-barranin li jżuru lil pajjiżna u li issa hu uffiċjalment pulizija ser jilbes l-uniformi bi kburija sabiex iservi lil pajjiżu.
L-Erbgħa filgħodu 55 rekluta ngħaqdu mal-kumplament tal-Korp tal-Pulizija wara li għalqu 4 xhur ta’ taħriġ f’passing out parade li ġiet organizzata fil-bitħa tal-forti Sant Iermu fil-Belt Valletta.