Sigħat wara terremot li kejjel ħamsa punt disgħa fuq l-iskala Richter li nħass f’diversi partijiet tal-kontinent Awstraljan, l-aktar f’Melbourne, dan l-istazzjon tkellem ma’ Malti li jgħix l-Awstralja.
Anthony Spiteri jgħix madwar erbgħin minuta ’l bogħod minn Melbourne, u spjega li fil-ħin tat-theżżiża kien rieqed wara lejl xogħol.
Għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħodu, huwa qam maħsud għax ħass is-sodda titriegħed u mill-ewwel induna li kien terremot.
Spjega li mar jiġri ħdejn ibnu li kien qed jistudja mid-dar peress li f’Melbourne għad hemm lockdown minħabba l-pandemija.
“Id-dar ħassejtha ħa tfaqqa’, qatt m’esperjenzajna xi ħaġa hekk”, qal Spiteri, li spjega kif fil-belt fejn jgħix ġieli kien hemm terremoti żgħar imma mhux bħal tal-lum.
Isma’ l-kumment sħiħ hawnhekk.