It-terroristi tal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku għadhom kemm iddikjaraw li kienu huma l-imħuħ wara l-atakki f’Londra. Permezz ta’ stqarrija ppublikata mill-aġenzija ta’ propoganda tal-ISIS Amaq, qalu li “suldat tal-Istat Iżlamiku” wettaq l-atroċitajiet ħdejn il-Parlament. Intqal li r-raġel kien qed jobdi sejħa mill-grupp terroritsiku, biex iwettaq attakki fuq persuni ċivili u forzi tas-sigurtà f’pajjiżi lejali lejn il-koalizzjoni Amerikana li qed tissielet kontra l-ISIS fis-Sirja u l-Iraq.
Segwi hawn kif ġraw l-affarijiet.