Il-Gozo Motorcross Association organizzat is-semi finali tal-Kampjonat-fuelled by Enemed, nhar il-Ħadd 23 ta’ April 2023.
Fi klassi A Bernard Sammut iddomina l-ġurnata bi Steve Xuereb warajh fit-tieni post. Sfortunatament, Mario Cauchi kellu inċident zgħir waqt it-taħriġ u għalhekk ma setgħax jattendi għas-semi finali tal-Ħadd. Matul dawn l-aħħar tliet rounds mill-kampjonat, rajna lil Mario Cauchi javanza ‘l quddiem tant li wasal sa 15 il punt biss eqreb lejn Xuereb. Minħabba dan l-inċident, issa naraw b’certezza li Xuereb huwa c-Champion ta klassi A u ‘Champion overall’ għall-ħames darba. Sadanittant David Dimech daħal fit-tielet post.
Fi Klassi B John Attard jinsab ukoll fuq nett tal-klassifika.
David Mercieca u Matthew Buttigieg, fi klassi C, kellhom taqtiegħa nteressanti ferm bejniethom. Iż-żewġ sewwieqa għandhom ftit punti bejniethom u kif dejjem jingħad it-tiġrija sal-barkun. Naraw x’ser jigri fil-Finali.
Il-juniors Matthias Sultana, Craig Piscopo u Trystn Theuma kellhom nofs ta’ nhar sabiħ ta’ partecipazzjoni u ta dawn ingħataw trophies minn Alex Debono ta’ Sports Experience, Trophies and Awards.
Is-Sur James Camilleri pprezenta trofej sponsorjati mill-kumpanija tiegħu Clima Serv by James Camilleri lis-sewwieqa rebbieħa.
GMA tixtieq tavza li l-Finali, fejn jiġu nkurunati c-Champions ta’ dan il-kampjonat ser issir il-Ħadd 7 ta’ April 2023. Il-kompetizzjonijiet jibdew fis-1pm.