Fit-tmiem il-ġimgħa li għadda l-Gozo Motocross Association organizzat il-kwarti finali tal-kampjonat.
Steve Xuereb kellhu prestazzjoni mill-aqwa fit-tieni u t-tielet heat biex eventwalment spiċċa fl-ewwel post fuq il-podium. Huwa kien segwit minn David Dimech li daħal fit-tieni filwaqt li fit-tielet spiċċa Mario Cauchi.
F’klassi B, għalkemm megħlub fl-aħħar heat minn Joseph Biġeni, Biuren Grima spiċċa fl-ewwel post . Biġeni daħal warajħ b’distakk ta’ 4 punti filwaqt li Robert Spiteri spiċċa fit-tielet post.
F’klassi C, il-leader f’din il-klassi Joseph Gauci spiċċa fit-tielet post. Ir-rebbieħ li ddomina kien il-veteran John Attard. Fit-tieni post rajna lil Michael Von brockdorff li minkejja li kellu inċident żgħir fil-bidu tat-tielet heat huwa rnexxielu jidħol fit- tieni post.
F’klassi D l-adoloxxenti Jake Camilleri u Antoni Said spikkaw f’din il-klassi hekk kif Said irnexxielu jirbah l-ewwel post fuq il-podium għat-tieni darba. Gary Bartolo mar tajjeb ħafna u akkwista t-tieni trofew filwaqt li Camilleri daħal it-tielet.
Fit-tmiem il-kompetizzjonijiet, Michael Vonbrockdorff sid il-kumpanija Throttle & Gear Co. ppremja lir-rebbieħa tal-ġurnata.
Sadanittant studenti tal-akkademja urew kapaċita liema bħalha fuq il-muturi zgħar tagħhom. Is.-sewwieqa kienu Matthias Sultana, Krystn Theuma, Craig Piscopo, Diego Panza, Ike Zarb. Dawn ġew mogħtija trofej minn Alex Debono f’isem Sports Experience Trophies & Awards.
Ritratt: Gozo Motocross Association